Language of document : ECLI:EU:T:2015:624





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 –
Schniga vs CPVO – Brookfield New Zealand u Elaris (Gala Schnitzer)

(Kawżi magħquda T‑91/14 u T‑92/14)

“Varjetajiet ta’ pjanti – Talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer – Eżami tekniku – Distinzjoni – Prinċipji gwida ta’ eżami – Setgħa diskrezzjonali tal-president tas-CPVO”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motiv ibbażat fuq dispożizzjonijiet stabbiliti b’mod żbaljat – Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 48-52)

2.                     Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Rwol proċedurali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – Setgħa ta’ dan, minkejja li huwa indikat bħala parti konvenuta, li jsostni t-talbiet tar-rikorrent (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 172) (ara l-punti 70, 71)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Regoli sostantivi – Distinzjoni – Retroattività ta’ regola sostantiva – Kundizzjonijiet (ara l-punt 75)

4.                     Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Eżami tekniku – Setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – Portata – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju rigward il-prinċipji gwida – Natura ġuridika – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 7(1) u (2), u 56(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1239/95, Artikoli 22, 23 u 27) (ara l-punti 81, 83-86)

5.                     Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Eżami tekniku – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ partikolarità mhux prevista mill-prinċipji gwida fis-seħħ – Inammissibbiltà – Awtorizzazzjoni retroattiva tal-użu ta’ tali partikolarità mill-president tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 56(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1239/95, Artikoli 22 u 23) (ara l-punti 87, 92, 93)

6.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Deċiżjoni fil-qasam tal-protezzjoni ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Motivi marbuta ma’ żball jew illegalità oħra li taffettwa wieħed biss mill-punti li fuqhom huwa bbażat ir-raġunament – Motiv ineffettiv għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 98, 99)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-20 ta’ Settembru 2013 (Każijiet A 004/2007 u A 003/2007), dwar l-għoti tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Schniga Srl hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Brookfield New Zealand Ltd u ta’ Elaris SNC. L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.