Language of document : ECLI:EU:T:2015:772





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 –
Secolux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑90/14)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kontrolli ta’ sigurtà – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Irregolarità tal-proċedura amministrattiva – Effetti – Annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża – Kundizzjonijiet (ara l-punt 34)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 110(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikolu 149(1) sa (3)) (ara l-punti 37, 38)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Offerta anormalment baxxa – Obbligu li l-awtorità kontraenti tistabbilixxi proċedura ta’ verifika kontradittorja – Portata – Għoti tal-kuntratt lill-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1268/2012, Artikoli 149(2) u 151(1)) (ara l-punti 60‑62)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Neċessità li l-vantaġġi kollha tal-offerent kontraenti attwali jiġu nnewtralizzati b'mod assolut – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikolu 102(1)) (ara l-punti 74-77)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 93-95)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2013 dwar iċ-ċaħda ta’ offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi dwar kontrolli ta’ sigurtà u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.