Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fit-12 ta' Awwissu 2011 - Mark Alemo-Herron et vs Parkwood Leisure Ltd

(Kawża C-426/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mark Alemo-Herron, Sandra Tipping, Christopher Anderson, Stacey Aris, Audrey Beckford, Lee Bennett, Delroy Carby, Vishnu Chetty, Deborah Cimitan, Victoria Clifton, Claudette Cummings, David Curtis, Stephen Flin, Patience Ijelekhai, Rosemarie Lee, Roxanne Lee, Vivian Ling, Michelle Nicholas, Lansdail Nugent, Anne O'Connor, Shirley Page, Alan Peel, Mathew Pennington, Laura Steward

Konvenuta: Parkwood Leisure Ltd

Domandi preliminari

Meta, bħal fil-kawża preżenti, impjegat għandu dritt kuntrattwali, infurzabbli kontra ċ-ċedent, sabiex jibbenefika minn kundizzjonijiet li huma nnegozzjati u miftehma perijodikament minn korp terz ta' negozjar kollettiv u dan id-dritt huwa rrikonoxxut taħt id-dritt nazzjonali bħala ta' natura pjuttost dinamika iktar milli statika, bejn l-impjegat u l-persuna li tħaddem li hija ċ-ċedent, l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE 1 tat-12 ta' Marzu 2001, moqri fid-dawl tas-sentenza Werhof tal-Qorti tal-Ġustizzja:

jirrikjedi li tali dritt ikun protett u infurzabbli kontra ċ-ċessjonarju f'każ ta' trasferiment li għalih tapplika d-direttiva; jew

jawtorizza lill-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu li tali drittijiet huma protetti u infurzabbli kontra ċ-ċessjonarju f'każ ta' trasferiment li għalih tapplika d-direttiva; jew

ċ)     jipprojbixxi lill-qrati nazzjonali milli jiddeċiedu li tali drittijiet huma protetti u infurzabbli kontra ċ-ċessjonarju f'każ ta' trasferiment li għalih tapplika d-direttiva?

Meta Stat membru wettaq l-obbligu tiegħu li jittrasponi, fid-dritt nazzjonali teigħu, r-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/23, iżda jqajjem il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri ta' traspożizzjoni għandhomx jinftiehmu bħala jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti favur l-impjegati protetti, billi jingħataw drittijiet kuntrattwali ta' natura dinamika kontra ċ-ċessjonarju, jista' jitqies li l-qrati tal-Istati Membri huma liberi li japplikaw id-dritt nazzjonali għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tar-regoli li jiżguraw it-traspożizzjoni mingħajr, ovvjament, ma tali interpretazzjoni tmur kontra d-dritt Komunitarju, jew għandu jiġi adottat approċċ ieħor rigward l-interpretazzjoni, u fil-każ ta' risposta pożittiva, liema approċċ?

F'dan il-każ, peress li ma huwiex allegat, mill-persuna li tħaddem, li jekk jiġi rikonoxxut lill-impjegati dritt ta' natura dinamika abbażi tad-dritt nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet miftehma mill-ftehim kollettivi jirriżulta fi ksur tad-drittijiet ta'din il-persuna li taddem fir-rigward tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-qorti nazzjonali hija libera li tapplika l-interpretazzjoni tat-TUPE invokata mill-impjegati?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta' Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98