Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom - ir-Renju Unit) – Mark Alemo-Herron et vs Parkwood Leisure Ltd

(Kawża C-426/11) 1

(Trasferiment ta’ impriżi — Direttiva 2001/23/KE — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Ftehim kollettiv applikabbli għaċ-ċedent u għall-impjegat fil-mument tat-trasferiment)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mark Alemo-Herron, Sandra Tipping, Christopher Anderson, Stacey Aris, Audrey Beckford, Lee Bennett, Delroy Carby, Vishnu Chetty, Deborah Cimitan, Victoria Clifton, Claudette Cummings, David Curtis, Stephen Flin, Patience Ijelekhai, Rosemarie Lee, Roxanne Lee, Vivian Ling, Michelle Nicholas, Lansdail Nugent, Anne O’Connor, Shirley Page, Alan Peel, Mathew Pennington, Laura Steward

Konvenuta: Parkwood Leisure Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Supreme Court of the United Kingdom - Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-12 ta’ Marzu 2001, fil-Kawża C-499/04, Werhof - Portata tal-obbligi taċ-ċessjonarju rigward iż-żamma tal-kundizzjonijiet tas-salarji li jirriżultaw minn ftehim kollettiv applikabbli għaċ-ċedent u għall-impjegat fil-mument tat-trasferiment

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jipprovdi, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża, li l-klawżoli dinamiċi li jirreferu għall-ftehim kollettivi nnegozjati u adottati wara d-data tat-trasferiment huma infurzabbli kontra ċ-ċessjonarju, meta dan tal-aħħar ma jkollux il-possibbiltà li jipparteċipa fil-proċess ta’ nnegozjar ta’ tali ftehim kollettivi konklużi wara t-trasferiment.

____________

1 ĠU C 311, 22.11.2011.