Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ottubru 2007 - M vs L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA)
("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Invalidità - Kumitat ta' l-Invalidità - Rifjut ta' konvokazzjoni - Inammissibbiltà manifesta")
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: M (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen,J.-N. Louis, u É. Marchal, avocats)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u S. Vanlievendael, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni ta' l-EMEA tal-25 ta' Ottubru 2006 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jiġi kkostitwit Kumitat ta' l-Invalidità - Talba għal danni
Dispożittiv tad-digriet
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 117 26.05.07 p. 35.