Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Mejju 2012 - Nuna International vs UASI - Nanu-Nana Joachim Hoepp (nuna)

(Kawża T-195/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nuna International BV (Erp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Alpera Plazas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. (Bremen, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Frar 2012 fil-Każ R 476/2011-1; u

tilqa l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata għall-prodotti kollha msemmija fl-applikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "nuna", għal prodotti fil-klassijiet 12, 18, 20, 21, 25 u 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6239743

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6218879 għat-trade mark verbali "NANU"; Trade mark Komunitarja Nru 6218945 għat-trade mark verbali "NANA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 6, 8, 11, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 26, 28, 30, 34 u 35; Trade mark Komunitarja Nru 6217814 għat-trade mark verbali "NANU-NANA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 18, 20, 21, 24, 25, 28 u 35; Trade mark Ġermaniża Nru 36647710 għat-trade mark verbali "NANU"; Trade mark Ġermaniża Nru 39804075 għat-trade mark verbali "NANA"; Trade mark Ġermaniża Nru 1054703 għat-trade mark verbali "NANU-NANA"; Reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru 557176 għat-trade mark verbali "NANU-NANA"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata, oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________