Language of document : ECLI:EU:T:2013:245

Kawża T‑198/12 R

Ir‑Repubblika Federali tal-Ġermanja

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli — Rifjut tal-Kummissjoni li tapprova kompletament id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jżommu valuri ta’ limitu għal dawn is-sustanzi — Talba għal miżuri provviżorji — Ammissibbiltà — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi”

Sommarju — Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2013

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Għan — Effikaċja sħiħa tad-deċiżjoni futura fuq il-mertu mingħajr ma tiġi ddeterminata minn qabel jew tiġi mċaħħda mill-effettività tagħha — Talba intiża sabiex jinkisbu miżuri li joħorġu ’l barra mill-kuntest tal-kawża prinċipali u li jippresupponu evalwazzjoni prima facie ta’ provi estranji għal dan il-kuntest — Inammissibbiltà — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji — Effetti tad-deċiżjoni fi proċeduri għal miżuri provviżorji li jistgħu jmorru lil hinn minn dawk li jirriżultaw minn sentenza ta’ annullament

(Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji fil-kuntest ta’ rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni negattiva — Ammissibbiltà

(Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris

(Artikolu 278 TFUE)

5.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Artikolu 114 TFUE — Proċedura ta’ approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali — Talba intiża sabiex jinżammu dispożizzjonijiet nazzjonali li kienu diġà jeżistu — Possibbiltà għall-Istat Membru li jagħmel tali talba li jibbaża t-talba tiegħu fuq evalwazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika li tkun differenti minn dik imwettqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni — Obbligu li jiġi stabbilit livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika iktar għoli mill-miżura ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Artikolu 114(4) u (6) TFUE)

6.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova

(Artikolu 279 TFUE)

7.      Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Protezzjoni tas-saħħa — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikolu 279 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 20‑22, 80)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28, 33, 35, 36)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28‑30, 32, 39)

4.      Fi proċeduri għal miżuri provviżorji, il-kundizzjoni li tikkonċerna l-fumus boni juris tiġi ssodisfatta meta mill-inqas motiv wieħed minn dawk invokati mir-rikorrent insostenn tar-rikors prinċipali jidher, prima facie, rilevanti u, fi kwalunkwe każ, mhux infondat. Għal dan il-għan huwa biżżejjed li dan il-motiv iqajjem kwistjonijiet kumplessi u delikati li, prima facie, ma jistgħux jiġu miċħuda bħala irrilevanti, iżda jeħtieġu eżami fid-dettall, li huwa rriżervat għall-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu, jew li mill-argumenti magħmula mill-partijiet jirriżulta li teżisti kontroversja legali sinjifikattiva li ma tkunx tista’ tiġi riżolta immedjatament.

(ara l-punt 40)

5.      Fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet, sabiex jiġġustifika ż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu, Stat Membru jista’ jinvoka l-fatt li huwa jevalwa r-riskju għas-saħħa pubblika b’mod differenti minn kif għamel il-leġiżlatur tal-Unjoni fil-miżura inkwistjoni. L-Istat Membru li jitlob li jżomm tali dispożizzjonijiet għandu jipprova biss li r-regoli nazzjonali tiegħu jiżguraw livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika iktar għoli mil-livell żgurat mill-miżura ta’ armonizzazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u li ma jeċċedux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

(ara l-punti 53, 64)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 68)

7.      L-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u li jikkonċernaw l-eżistenza u l-gravità ta’ riskji potenzjali għas-saħħa, meta jintalab jiddeċiedi l-kwistjoni jekk att legali jistax, bi grad ta’ probabbiltà suffiċjenti, jikkawża danni gravi u irreparabbli għas-saħħa. B’mod partikolari, huwa ma jistax jeskludi tali danni bħala purament ipotetiċi għas-sempliċi raġuni li għad hemm inċertezzi xjentifiċi dwar l-eventwali riskji għas-saħħa.

(ara l-punt 73)