Rikors ippreżentat fit-2 ta' Mejju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-53/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta' dawk li għaddew mill-kompetizzjoni EPSO/AD/168/09-PL.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/168/09-PL li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta' dawk li għaddew minn din il-kompetizzjoni;
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
____________