Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Mejju 2010 - Almamet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T 410/09 R)

"Proċeduri għal miżuri proviżżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Almamet GmbH Handel mit Spänen und Pulvern aus Metall (Ainring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hautbourg u C. Renner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, V. Bottka u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta' Lulju 2009, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/39.396 - reaġenti abbażi ta' karbur tal-kalċju u ta' manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________