Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2024 – Mylan Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1181/23 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tad-Dimethyl fumarate Mylan – dimetilfumarat – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mylan Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: K. Roox, T. De Meese, J. Stuyck u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Spina u E. Mathieu, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 8920 final tat-13 ta’ Diċembru 2023 li tirrevoka d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022) 3253 final tat-13 ta’ Mejju 2022 li tagħti awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Dimethyl fumarate Mylan – dimetilfumarat skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229, rettifika fil-ĠU 2023, L 92, p. 31), hekk kif emendata.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________