Language of document : ECLI:EU:T:2012:245





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 taʼ Mejju 2012 — Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Sostenn lill-awtoritajiet doganali u fiskali tal-Kosovo — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att konfermattiv — Inammissibbiltà — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati mal-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Motivazzjoni insuffiċjenti”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Locus standi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti indirizzata lil konsorzju offerenti li ma għandux personalità ġuridika — Rikors ta’ impriża membru tal-konsorzju — Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 19)

2.                     Rikors għal annullament — Rikors kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija — Inammissibbiltà — Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva — Eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti bħala risposta għal talba li tinvoka fatti ġodda u sostanzjali — Esklużjoni (ara l-punti 22-24)

3.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Eċċezzjonijiet obbligatorji — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ interess partikolari tar-rikorrent — Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 2(1) u 4(2) u(3)) (ara l-punti 52-55)

4.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Għanijiet — Prinċipju tal-ikbar aċċess possibbli — Interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ aċċess — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punt 65)

5.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti — Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Portata — Dokumenti redatti minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt — Inklużjoni — Obbligu ta’ żvelar skont il-prinċipju ta’ trasparenza — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(3)) (ara l-punti 78-81, 88)

6.                     Unjoni Ewropea — Istituzzjonijiet — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar ta’ dokumenti — Distinzjoni mal-prinċipju ta’ trasparenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2) u (3)) (ara l-punt 86)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Novembru 2009, li tiċħad l-offerta mressqa mill-konsorzju li r-rikorrenti tifforma parti minnu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropAid/127843/D/SER/KOS, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn lill-awtoritajiet doganali u fiskali tal-Kosovo (ĠU 2009/S 4‑003683), kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tirrifjuta lill-konsorzju l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-proċedura ta’ sejħa għal offerti msemmija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli inkwantu dan huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta’ Novembru 2009, li tiċħad l-offerta mressqa mill-konsorzju li r-rikorrenti tifforma parti minnu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropAid/127843/D/SER/KOS, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sostenn lill-awtoritajiet doganali u fiskali tal-Kosovo.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Novembru 2009, li tikkonċerna l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti hija annullata sa fejn din irrifjutat l-aċċess, fil-verżjoni ppubblikata tar-rapport ta’ evalwazzjoni, għall-marki mogħtija mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni kif jinsabu fil-paġni 3 sa 5 ta’ dan ir-rapport.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

It-talba tar-rikorrenti intiża għall-adozzjoni ta’ miżuri istruttorji hija miċħuda.

5)

Sviluppo Globale GEIE għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri prinċipali kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk tal-Kummissjoni relatati ma’ dawn il-proċeduri. Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri prinċipali.

6)

Sviluppo Globale hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża T‑6/10 R.