Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2010 - Diagnostiko kai therapeftiko kentro Athinon "Ygeia" vs UASI

(Kawża T-7/10)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diagnostiko kai therapeftiko kentro Athinon "Ygeia AE" (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Alexiou u S. Foteas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' r-rikors

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ Nru R 190/2009-2,

tirreġistra s-sinjal verbali "ygeia" bħala trade mark Komunitarja li tindika r-rabta bejn il-kumpannija rikorrenti u s-servizzi li tipprovdi,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark Komunitarju "ygeia" għas-servizzi fil-klassi 44, servizzi mediċi - Applikazzjoni ta' reġistrazzjoni Nru 7129001.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni ta' reġistrazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tal-eżaminatur ikkonfermata; l-applikazzjoni ta' reġistrazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fil-Każ Nru R 190/2009-2.

Permezz tal-ewwel motiv għal annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, inġustament, tattribwixxi lis-sinjal karattru purament deskrittiv, meta dan għandu funzjoni distintiva in abstracto.

Permezz tat-tieni motiv għal annullament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata, inġustament, ċaħdet il-kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu. Skont ir-rikorrenti, anki jekk jitqies li l-karattru deskrittiv in abstracto tas-sinjal verbali jiġi aċċettat, jibqa' xorta l-fatt li jeżisti użu li jippermetti li tiġi kkonstatata l-kisba ta' funzjoni distintiva u li jelimina l-motiv ibbażat fuq l-inammissibbiltà tal-applikazzjoin ta' reġistrazzjoni.

____________