Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta̕ Ġunju 2013 – Aldi vs UASI – Dialcos (dialdi)

(Kawża T-505/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva dialdi – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ALDI – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, L. Kolks u C. Fürsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dialcos SpA (Due Carrare, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1097/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi GmbH & Co. KG u Dialcos SpA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1097/2010-2) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aldi GmbH & Co. KG.

Dialcos SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 355, 03.12.2011.