Language of document : ECLI:EU:T:2008:325





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Williams vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/05)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, mal-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 67-69)

2.                     Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 71-83, 85- 97)

3.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 114-116)

4.                     Komunitajiet Ewropej – Istituzzjonijiet – Dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3)) (ara l-punti 124-126)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess tar-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju tal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament.

Dispożittiv

1)

M’hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess ta’ Rhiannon Williams għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati, sa fejn hija tinkludi rifjut impliċitu ta’ aċċess għad-dokumenti preparatorji li ħarġu mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kummerċ” tal-Kummissjoni u li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004 hija annullata sa fejn hija rrifjutat impliċitament l-aċċess għal dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 għajr dawk li ħarġu mid-DĠ “Kummerċ”.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż inkorsi minn R. Williams.