Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-433/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

1) tiddikjara li:

- ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE 1 meta ma adottax il-miżuri neċessarji fir-rigward tal-ġbir tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Acorán; Adeje-Arona; Añaza; Candelaria-Casco; Candelaria-Punta Larga; Golf del Sur; Guía de Isora Litoral; La Esperanza-La Laguna Sur-Santa Cruz-Valles (La Laguna, El Rosario, Santa Cruz); Puerto de Santiago-Playa la Arena; San Isidro-Litoral; Sueño Azul; u Valle de la Orotava, fil-gżejjer Canarias, u Medio-Andarax f’Andalucía.

- ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva 91/271 meta ma adottax il-mezzi neċessarji fir-rigward tat-trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Acantilado de los Gigantes; Adeje-Arona; Almansa; Almodóvar del Campo; Almodóvar del Río; Alto Nerbioi-Amurrio; Alto Nerbioi-Laudio; Candelaria-Casco; Candelaria-Punta Larga; Consuegra; Donostia-San Sebastián; Estepa; Genil-Cubillas; Golf del Sur; Guareña-Oliva de Mérida-Cristina; Guía de Isora Litoral; Jódar; La Esperanza-La Laguna Sur-Santa Cruz-Valles (La Laguna, El Rosario, Santa Cruz); Lora del Río; Los Yébenes; Martos; Medio-Andarax; Posadas; Puerto de Santiago-Playa la Arena; Quintanar de la Orden; Rambla (La)-Montalbán; San Isidro-Litoral; San Roque; Santoña; Sueño Azul; Torredonjimeno; Trebujena; Trujillo; Valle de la Orotava; Venta de Baños, u Villanueva del Río-Alcolea del Río.

- ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 u t-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 91/271 meta ma adottax il-miżuri neċessarji fir-rigward tat-trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Almodóvar del Campo; Argamasilla de Alba; Cáceres; Condado de Huelva II (Chucena-Escacena-Paterna-Manzanilla); Consuegra; Don Benito-Villanueva de la Serena; Guareña-Oliva de Mérida-Cristina; Guillena; Los Yébenes; Madridejos; Mérida; Montcada; Montijo-Puebla Calzada; Palma del Condado; Quintanar de la Orden; Rubí; Sonseca; Soria; Trujillo; Venta de Baños, u Villafranca de los Barros.

- ir-Renju ta’ Spanja ma osservax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 91/271, moqri flimkien mat-Taqsima D tal-Anness I tal-istess direttiva, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Acantilado de los Gigantes, Adeje-Arona, Almansa, Almodóvar del Campo, Almodóvar del Río, Alto Nerbioi-Amurrio, Alto Nerbioi-Laudio, Argamasilla de Alba, Bargas-Cabañas-Mocejón-Olías-Magán-Villaseca, Cáceres, Candelaria-Casco, Candelaria-Punta Larga, Condado de Huelva II (Chucena-Escacena-Paterna-Manzanilla), Consuegra, Don Benito-Villanueva de la Serena, Donostia-San Sebastián, Estepa, Genil-Cubillas, Golf del Sur, Guareña-Oliva de Mérida-Cristina, Guía de Isora Litoral, Guillena, Jódar, La Esperanza-La Laguna Sur-Santa Cruz-Valles (La Laguna, El Rosario, Santa Cruz), Lora del Río, Los Yébenes, Madridejos, 77 Martos, Medio-Andarax, Mérida, Montijo-Puebla Calzada, Montcada, Palma del Condado, Posadas, Puerto de Santiago-Playa la Arena, Quintanar de la Orden, Rambla (La)-Montalbán, Rubí, San Isidro-Litoral, San Roque, Santoña, Sonseca, Soria, Sueño Azul, Torredonjimeno, Trebujena, Trujillo, Valle de la Orotava, Villanueva del Río-Alcolea del Río, Venta de Baños u Villafranca de los Barros.

2) tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tallega erba’ motivi ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu dwar id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 1 .

Permezz tal-ewwel motiv tagħha ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju ta’ Spanja li naqset milli tissodisfa l-obbligi li huma imposti fuqha skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/271 meta ma adottatx il-miżuri neċessarji fir-rigward tal-ġbir tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Acorán; Adeje-Arona; Añaza; Candelaria-Casco; Candelaria-Punta Larga; Golf del Sur; Guía de Isora Litoral; La Esperanza-La Laguna Sur-Santa Cruz-Valles (La Laguna, El Rosario, Santa Cruz); Puerto de Santiago-Playa la Arena; San Isidro-Litoral; Sueño Azul; u Valle de la Orotava, fil-gżejjer Canarias, u Medio-Andarax f’Andalucía.

Fir-rigward tat-12-il agglomerazzjoni fil-gżejjer Canarias, il-Kummissjoni tallega, essenzjalment, li dawn l-agglomerazzjonijiet jużaw sistemi individwali mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/271, li jissuġġetta din l-eċċezzjoni għar-regola tas-sistemi ta’ ġbir, għall-issodisfar ta’ żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. Minn naħa, l-awtoritajiet huma meħtieġa jiġġustifikaw, fuq bażi ta’ każ b’każ, li l-istituzzjoni ta’ sistema ta’ ġbir ma hijiex iġġustifikata, jew għax ma tkun tipproduċi ebda benefiċċju ambjentali jew għaliex l-istituzzjoni tagħha tkun tinvolvi spiża eċċessiva. Min-naħa l-oħra, is-sistema individwali jew sistema użata oħra għandha tiżgura livell ugwali ta’ protezzjoni tal-ambjent. Fir-rigward tal-agglomerazzjoni ta’ Medio Andarax f’Andalucía, il-Kummissjoni tallega li din l-agglomerazzjoni ma għandhiex sistema ta’ ġbir għall-ilma mormi tagħha kollu.

Permezz tat-tieni motiv tagħha ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tallega li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva 91/271 billi naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji fir-rigward tat-trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Acantilado de los Gigantes; Adeje-Arona; Almansa; Almodóvar del Campo; Almodóvar del Río; Alto Nerbioi-Amurrio; Alto Nerbioi-Laudio; Candelaria-Casco; Candelaria-Punta Larga; Consuegra; Donostia-San Sebastián; Estepa; Genil-Cubillas; Golf del Sur; Guareña-Oliva de Mérida-Cristina; Guía de Isora Litoral; Jódar; La Esperanza-La Laguna Sur-Santa Cruz-Valles (La Laguna, El Rosario, Santa Cruz); Lora del Río; Los Yébenes; Martos; Medio-Andarax; Posadas; Puerto de Santiago-Playa la Arena; Quintanar de la Orden; Rambla (La)-Montalbán; San Isidro-Litoral; San Roque; Santoña; Sueño Azul; Torredonjimeno; Trebujena; Trujillo; Valle de la Orotava; Venta de Baños, u Villanueva del Río-Alcolea del Río.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir għandu, qabel ma jkun skarikat, ikun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti. L-Artikolu 4(3) jeżiġi min-naħa tiegħu li l-iskariki mill-impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 91/271. Il-Kummissjoni tqis li dawn l-obbligi ma humiex issodisfatti fl-agglomerazzjonijiet li sar riferiment għalihom fil-paragrafu preċedenti, jew għaliex l-ilma mormi ma jinġabarx b’mod konformi mal-Artikolu 3 ta’ dik id-direttiva u għalhekk ma jistax jiġi ttrattat, jew għaliex mhux l-ilma mormi kollu miġbur huwa suġġett għal-livell ta’ trattament meħtieġ taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, u l-iskariki wkoll ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I ta’ dik id-direttiva, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(3).

Permezz tat-tielet motiv tagħha ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 u t-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 91/271 billi naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji fir-rigward tat-trattament ta’ ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet ta’ Almodóvar del Campo; Argamasilla de Alba; Cáceres; Condado de Huelva II (Chucena-Escacena-Paterna-Manzanilla); Consuegra; Don Benito-Villanueva de la Serena; Guareña-Oliva de Mérida-Cristina; Guillena; Los Yébenes; Madridejos; Mérida; Montcada; Montijo-Puebla Calzada; Palma del Condado; Quintanar de la Orden; Rubí; Sonseca; Soria; Trujillo; Venta de Baños, u Villafranca de los Barros.

Il-Kummissjoni tallega, essenzjalment, li dawn l-agglomerazzjonijiet urbani ta’ popolazzjoni ekwivalenti ta’ iżjed minn 10 000 li jiskarikaw f’żoni sensittivi ma jiżgurawx, fir-rigward tal-ilma mormi kollu tagħhom, trattament iżjed strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, kif meħtieġ taħt l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, jew li l-iskariki f’żoni sensittivi mill-impjanti li jittrattaw ilma mormi minn dawn l-agglomerazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tat-Taqsima B tal-Anness I tagħha.

Permezz tar-raba’ motiv tagħha ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju ta’ Spanja li naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 tad-Direttiva 91/271, moqri flimkien mat-Taqsima D tal-Anness I ta’ din id-direttiva, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Acantilado de los Gigantes, Adeje-Arona, Almansa, Almodóvar del Campo, Almodóvar del Río, Alto Nerbioi Amurrio, Alto Nerbioi-Laudio, Argamasilla de Alba, Bargas-Cabañas-Mocejón-Olías-Magán-Villaseca, Cáceres, Candelaria-Casco, Candelaria-Punta Larga, Condado de Huelva II (Chucena-Escacena-Paterna-Manzanilla), Consuegra, Don Benito-Villanueva de la Serena, Donostia-San Sebastián, Estepa, Genil-Cubillas, Golf del Sur, Guareña-Oliva de Mérida-Cristina, Guía de Isora Litoral, Guillena, Jódar, La Esperanza-La Laguna Sur-Santa Cruz-Valles (La Laguna, El Rosario, Santa Cruz), Lora del Río, Los Yébenes, Madridejos, Martos, Medio-Andarax, Mérida, Montijo-Puebla Calzada, Montcada, Palma del Condado, Posadas, Puerto de Santiago-Playa la Arena, Quintanar de la Orden, Rambla (La)-Montalbán, Rubí, San Isidro-Litoral, San Roque, Santoña, Sonseca, Soria, Sueño Azul, Torredonjimeno, Trebujena, Trujillo, Valle de la Orotava, Villanueva del Río-Alcolea del Río, Venta de Baños u Villafranca de los Barros.

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).

1     Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 353, p. 8).