Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Marzu 2013 - Deweerdt et. vs Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-132/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sonja Deweerdt (Rulles, il-Belġju); Didier Lebrun (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u Margot Lietz (Mensdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li,

l-Artikolu 4 tar-regoli interni tal-Qorti huwa illegali sa fejn l-effett tiegħu huwa li jiżgura l-impunità ta' membru ħati ta' atti ta' fastidju;

id-deċiżjoni tat-13 ta' Diċembru 2012 tal-Qorti tal-Awdituri li ma titressaqx azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tal-aħħar teżamina jekk S., li dak iż-żmien kienet membru tal-Qorti tal-Awdituri, baqgħetx tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa jew jekk baqgħetx tissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mill-pożiżżjoni tagħha u, fil-klaż fejn il-mandat tagħha jkun diġà spiċċa, li tiġi ddikjarata mċaħħda mid-dritt tagħha għall-pensjoni, hija annullata;

il-Qorti tal-Awdituri hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba' motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikolu 4 tar-regoli interni tal-Qorti tal-Awdituri sa fejn dan jiżgura l-impunità ta' membru ħati ta' atti ta' fastidju.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija allegatament ivvizzjata b'inkoerenza, sa fejn il-Qorti tal-Awdituri ammettiet espressament in-nuqqasijiet ta' S. u xorta rrifjutat li tirreferiha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta' kwalunkwe motivazzjoni rilevanti li tippermetti li r-rikorrenti jevalwaw il-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-raba' motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi kif ukoll ta' abbuż ta' dritt, sa fejn il-Qorti tal-Awdituri eżaminat l-opportunità li tirreferi lil S. lill-Qorti tal-Ġustizzja biss sena u jum wara li ġie ppreżentat ir-rapport tal-investigatur estern.

____________