Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Hitachi Chemical Europe et vs ECHA

(Kawża T-135/13) 1

(“REACH – Identifikazzjoni ta’ ċerti sensitizzaturi respiratorji bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Livell ta’ tħassib ekwivalenti – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta – Ammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hitachi Chemical Europe GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja); Polynt SpA (Scanzorosciate, l-Italja); u Sitre Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Boere u T. Zbihlej, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: REACh ChemAdvice GmbH (Kelkheim, il-Ġermanja); u New Japan Chemical (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: B. Koopman, M. Bulterman u C. Schillemans, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-ECHA ED/169/2012, tat-18 ta’ Diċembru 2012, dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), sa fejn din tikkonċerna l-anidride eżaidrometilftalik (KE Nru 247-094-1), l-anidride eżaidro-4-metilftalik (KE Nru 243-072-0), l-anidride eżaidro-1-metilftalik (KE Nru 256-356-4) u l-anidride eżaidro-3-metilftalik (KE Nru 260-566-1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA u Sitre Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni Ewropea, REACh ChemAdvice GmbH u New Japan Chemical għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.