Language of document : ECLI:EU:T:2015:254





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ April 2015 – Polynt u Sitre vs ECHA

(Kawża T‑134/13)

“REACH – Identifikazzjoni ta’ ċerti sensitizzaturi respiratorji bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Livell ta’ tħassib ekwivalenti – Rikors għal annullament – Interess dirett – Ammissibbiltà – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika sustanza bħala ta’ tħassib serju ħafna – Rikors ippreżentat minn fornituri tas-sustanza – Ammissibbiltà (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 31(9) u 59) (ara l-punti 27, 36-38)

2.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Rikors ippreżentat minn numru ta’ rikorrenti kontra l-istess deċiżjoni – Locus standi ta’ wieħed minn fosthom – Ammissibbiltà tar-rikors kollu kemm hu (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 39)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika sustanza bħala ta’ tħassib serju ħafna – Inklużjoni – Att li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-imsemmiija dispożizzjoni tat-Trattat (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57(f) u 59) (ara l-punt 40)

4.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Lista tas-sustanzi elenkati fl-Artikolu 57(f) tar-Regolament – Natura mhux eżawrjenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 16 u Artikoli 57(f), u 59) (ara l-punti 44-46)

5.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Unjoni – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Żball manifest, użu ħażin ta’ poter jew qbiż manifest tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57 u 59) (ara l-punti 52, 53, 105)

6.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Possibbiltà li jiġu kkontrollati l-effetti negattivi ta’ sustanza permezz tal-użu ta’ miżuri ta’ ġestjoni – Ċirkustanza li ma tostakolax l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna – Obbligu għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tieħu inkunsiderazzjoni evalwazzjoni tar-riskji għal sustanza li taqa’ taħt il-kategorija 1 tad-Direttiva 67/548 – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57(a) sa (f), 58(2), 59(4), u 60(2), u Anness XIV; Direttiva tal-Kunsill 67/548) (ara l-punti 61, 68-71, 81)

7.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Sustanzi li għandhom proprjetajiet persistenti, bijo‑akkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna u bijo‑akkumulattivi ħafna– Obbligi fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rigward tas-sustanzi ta’ sostituzzjoni – Portata – Effett eventwali ta’ tali informazzjoni fuq deċiżjoni li tidentifika sustanza bħala ta’ tħassib serju ħafna – Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 59) (ara l-punt 88)

8.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Determinazzjoni tal-livell ta’ tħassib ta’ sustanza – Eżami, skont il-każ partikolari, fl-assenza ta’ ffissar ta’ kriterji oġġettivi mir-regolament – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 16 u Artikoli 57(a) sa (f), u 59; Gwida għall-identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, punt 3.3.3.2) (ara l-punti 95-98)

9.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Natura distinta u indipendenti meta mqabbla mal-proċedura ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessi 19 sa 21 u premessa 69 u Artikoli 14, 44 sa 48 u 59) (ara l-punti 101, 114)

10.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-anidride ċiklo‑eżan‑1,2‑dikarbossiliku bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna– Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 16 u Artikoli 14(6), 44 sa 48, 55, 58(5), 59 u 69 u Anness XVII) (ara l-punti 107, 108, 116, 118-120)

11.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna – Proċedura ta’ identifikazzjoni – Ftehim unanimu tal-Kumitat tal-Istati Membri – Astensjoni ta’ Stat Membru – Assenza ta’ effett fuq deċiżjoni li għaddiet bl-unanimità tal-Istati Membri preżenti (Artikolu 238(4) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 59(8); Regoli tal-proċedura tal-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Artikolu 19(1)) (ara l-punt 126)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ED/169/2012 tal-ECHA, tat‑18 ta’ Diċembru 2012, dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-lista tas-sustanzi kandidati, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), sa fejn tirrigwarda l-anidride ċiklo‑eżan‑1,2‑dikarbossiliku (KE Nru 201‑604‑9), l-anidride ċis-ċiklo‑eżan‑1,2-dikarbossiliku (KE Nru 236‑086‑3) u l-anidride trans‑ċiklo‑eżan‑1,2‑dikarbossiliku (KE Nru 238‑009‑9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polynt SpA u Sitre Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni Ewropea, New Japan Chemical u REACh ChemAdvice GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.