Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2012 - Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-97/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni 2011/782/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta' Jannar 2012 u l-atti ta' implementazzjoni sussegwenti tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .

____________

1 - ĠU 2011, C 290, p. 13.