Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2013 – Andersen vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-1/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Irtirar minħabba invalidità – Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Henrik Andersen (Hals, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy, N. Scafarto u B. Schäfer, aġenti)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad il-kumpens għat-telf allegatament subit wara l-irtirar tar-rikorrent minħabba invalidità.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

H. Andersen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

____________

1  ĠU C 133, 05.05.2012, p. 29.