Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 – Siemens Healthineers vs EUIPO - Sunware (teamplay)

(Kawża T-1175/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Siemens Healthineers AG (Forcheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Taxhet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sunware s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “teamplay” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 383 831

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 747/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sa fejn it-trade mark kontenzjuża ġiet iddikjarata invalida għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42;

tawtorizza li t-trade mark inkwistjoni tibqa’ fir-reġistru għall-prodotti u s-servizzi msemmija iktar ʼil fuq;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż tal-proċeduri preżenti u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tad-dritt għal smigħ bħala rekwiżit formali essenzjali;

Ksur tal-Artikolu 18(1) flimkien mal-Artikolu 64(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________