Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2023 – Richards Brothers Group vs EUIPO – Masia Puigmoltó (EL CABRÓN)

(Kawża T-1168/23)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Richards Brothers Group (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: T. de Haan u V. Wellens, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Masia Puigmoltó, SL (Castellet i la Gornal, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “EL CABRÓN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 480 398

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 257/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________