Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Settembru 2023 – IH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-570/23, Eurowings)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IH

Konvenut: Eurowings GmbH

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ riżervazzjoni waħda b’diversi titjiriet (f’dan il-każ: it-titjira tat-tluq u t-titjira lura), il-kanċellazzjoni ta’ parti mit-titjira (f’dan il-każ: it-titjira lura) hija ekwivalenti għall-kanċellazzjoni tat-titjira kollha, bil-konsegwenza li t-termini għall-eżenzjonijiet mill-obbligu ta’ kumpens taħt l-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-“ħin tat-tluq skedat” tal-ewwel parti tat-titjira (it-titjira lejn id-destinazzjoni)?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.