Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2011 - Dredging International u Ondernemingen Jan de Nul vs EMSA

(Kawża T-8/09) 1

("Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi tal-EMSA - Intervent ta' bastimenti ta' assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' konformità tal-offerta mal-għan tal-kuntratt - Konsegwenzi - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Definizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt - Nuqqas ta' żvelar tal-karatteristiċi u tal-vantaġġi tal-offerta magħżula - Motivazzjoni - Għoti ta' kuntratt - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Talba għal dikjarazzjoni ta' nullità tal-kuntratt konkluż mal-persuna li ngħatat il-kuntratt - Talba għad-danni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dredging International NV (Zwijndrecht, il-Belġju); u Ondernemingen Jan de Nul NV (Hofstade-Aalst, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Martens u A. Van Vaerenbergh, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (rappreżentanti: J. Menze, aġent, assistit minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Primarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMSA tad-29 ta' Ottubru 2008, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura nnegozzjata EMSA/NEG/3/2008, li tirrigwarda l-konklużjoni ta' kuntratti għal servizzi relatati mal-intervent ta' bastimenti ta' assistenza bil-għan li jiġi miġġieled it-tniġġis bl-idrokarburi (lott Nru 2: Baħar tat-Tramuntana) u li tattribwixxi l-kuntratt lil DC International, sussegwentement, talba għal dikjarazzjoni ta' nullità tal-kuntratt konkluż bejn l-EMSA u DC International u, finalment, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dredging International NV u Ondernemingen Jan de Nul NV huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 04.04.2009.