Language of document : ECLI:EU:C:2018:851

Kawża C621/18

Andy Wightman et

vs

Secretary of State for Exiting the European Union

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Court of Session, Inner House, First Division (Scotland))

“Proċedura mħaffa”

Domandi preliminari – Proċedura mħaffa għal deċiżjoni preliminari – Kundizzjonijiet – Ċirkustanzi li jiġġustifikaw trattament imħaffef – Talba għal interpretazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ Stat Membru li jirrevoka unilateralment in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni – Neċessità li tinkiseb risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja qabel id-dibattitu u l-votazzjoni fil-Parlament tal-Istat Membru kkonċernat dwar il-ftehim dwar il-ħruġ – Kawża li tikkonċerna kwistjonijiet fundamentali tad-dritt kostituzzjonali nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni – Ammissjoni tat-talba dwar l-użu tal-proċedura mħaffa

(Artikolu 50 TUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 105(1))

Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 7 sa 11)