Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil nº 1 de Palma de Mallorca (Spanja) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Luis Carlos et vs Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, Fergħa fi Spanja

(Kawża C-765/22, Air Berlín)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil nº 1 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Luis Carlos, Severino, Isidora, Angélica, Paula, Luis Francisco, Delfina

Konvenut: Air Berlín PLC & CO Luftverkehrs KG, Fergħa fi Spanja

Domanda preliminari

Fl-elaborazzjoni tal-proċedura universali mitigata stabbilita mir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza 1 , li tippermetti l-ftuħ ta’ proċeduri sekondarji li jkunu japplikaw biss għall-assi li jkunu jinsabu fl-Istat tal-ftuħ tal-proċedura,

l-Artikolu 35 u l-Artikolu 7(1) [u 7](2)(g) u (h)[,] moqrija fid-dawl tal-premessa 72, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat ta’ ftuħ tal-proċedura sekondarja għat-“trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza” tirreferi għat-talbiet li jqumu wara l-ftuħ tal-proċedura prinċipali u mhux ta’ dik sekondarja?

____________

1 ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.