Language of document :

Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 minn Vincent Thunus, Jaime Barragán, Marc D’hooge, Alexandra Felten, Christophe Nègre, Patrick Vanhoudt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-247/19, Thunus et vs BEI

(Kawża C-90/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Vincent Thunus, Jaime Barragán, Marc D’hooge, Alexandra Felten, Christophe Nègre, Patrick Vanhoudt (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-247/19;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant:

tannulla d-deċiżjoni li tinsab fir-rendikonti tas-salarju tar-rikorrenti fi Frar 2018, deċiżjoni li tiffissa l-aġġustament annwali tas-salarju bażiku limitat għal 0.7 % għas-sena 2018, u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjonijiet simili li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju suċċessivi;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu materjali, (i) tal-bqija tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2018, jiġifieri żieda ta’ 1.4 % għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019; (ii) tal-bqija tas-salarju korrispondenti għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 0.7 % għall-2019 fuq l-ammont ta’ salarji li għandhom jitħallsu minn Jannar 2018; (iii) tal-interessi moratorji fuq il-bqija tas-salarju dovuti sal-ħlas komplet tas-somom dovuti, fejn ir-rati ta’ interessi moratorji għandhom li jiġu applikati għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-rati stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti;

tikkundanna lill-konvenut għal-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tad-dritt ta’ konsultazzjoni tal-kulleġġ – Żnaturament tal-proċess

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Żnaturament tal-proċess – Ksur mill-imħallef tal-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu

Ksur tad-dmir ta’ diliġenza u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

____________