Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-14 ta’ Frar 2022 – Kapniki A. Michailidis A.E. vs Organismos Pliromon kai Elegchou Koinotikon Enischyseon Prosanatolismou kai Eggyiseon (OPEKEPE), Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon

(Kawża C-99/22)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kapniki A. Michailidis A.E.

Konvenuti: Organismos Pliromon kai Elegchou Koinotikon Enischyseon Prosanatolismou kai Eggyiseon (OPEKEPE), Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2062/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 li jistabbilixxi, għall-ħsad tal-1992, il-prezzijiet immirati, il-prezzijiet ta’ intervent u l-primjums mogħtija lix-xerrejja tal-folji tat-tabakk, il-prezzijiet ta’ intervent derivati għall-balal tat-tabakk, il-kwalitajiet ta’ riferiment u ż-żoni ta’ produzzjoni 1 [mhux disponibbli bil-Malti] li jistabbilixxi li, meta l-kwantità ta’ folji tat-tabakk ta’ kwalità inferjuri mixtrija minn persuna li tipproċessa taqbeż, meta mqabbla max-xiri totali tagħha tal-varjetà inkwistjoni, il-perċentwali indikata fl-Anness IV, il-primjum għandu jitnaqqas bi 30 % fir-rigward tal-kwantità li taqbeż il-perċentwali inkwistjoni, jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tad-dispożizzjonijiet legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspetattivi leġittimi?

____________

1 ĠU 1992, L 215, p. 22.