Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 - Michail vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2003 - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, aġent, assistit minn E. Bourtzalas, avukat)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa rikors għall-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-eżerċizzju ta' evalwazzjoni mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2003 kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni
Dispożittiv
Ir-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tas-Sur Michail adottat għall-perijodu mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2003 huwa annullat.
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 229, 17.09.2005, p.33 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-284/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005).