Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 – Cytochroma Development vs UASI – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-106/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALPHAREN – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti ALPHA D3 – Raġuni relattiva għal rifjut – Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu – Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell – Artikolu 1(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/96”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cytochroma Development, Inc. (St. Michael, Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2011, (Każ R 1235/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teva Pharmaceutical Industries Ltd u Cytochroma Development, Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1235/2011-1) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 138, 12.05.2012