Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2011 - Land Wien vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/10) 1

("Enerġija nukleari - Rikors promotur - Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward ta' lment dwar proġett ta' estensjoni ta' partijiet minn impjant nukleari - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas tal-Kummissjoni li tittrażmetti d-dokumenti kollha mitluba relatati ma' dan il-proġett - Rekwiżiti proċedurali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Land Wien (l-Awstrija) (rappreżentant: W.-G. Schärf, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver, M. Patakia u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment tar-rikorrent marbut mal-proġett ta' estensjoni tal-partijiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta' Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tikkonstata n-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE, sa fejn id-dokumenti kollha mitluba dwar dan il-proġett ma ġewx trażmessi lir-rikorrent, bi ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Land Wien huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2010.