Language of document : ECLI:EU:T:2012:474





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2012 – LIS vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑269/10)

“Dumping – Importazzjoni ta’ bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw miċ-Ċina – Talba għar-rimbors tad-dazji mħallsa – Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] – Kundizzjonijiet – Prova”

1.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Applikazzjoni għar-rimbors ta’ dazji antidumping ibbażata fuq l-Artikolu 11(8) tar-Regolament Nru 384/96 – Skop – Kontestazzjoni tal-validità tar-regolament li jimponi d-dazji definittivi jew talba għar-reviżjoni tad-data ġenerali kkonstatata matul investigazzjonijiet preċedenti – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 11(8), u Nru 1225/2009, Artikolu 11(8)) (ara l-punt 32)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Għoti ta’ status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi – Evalwazzjoni tal-provi mill-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(7)(a), (b) u (ċ), u Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a), (b) u (ċ)) (ara l-punti 37‑40)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Trattament individwali tal-impriżi li jesportaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-impriża li titlob l-applikazzjoni tal-imsemmi trattament (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5), u Nru 1225/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5)) (ara l-punti 41‑44)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Rimbors ta’ dazji antidumping lill-impriżi li jimportaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-importatur – Neċessità li jiġu pprovduti l-istess provi, relatati mal-valur normali u mal-prezzijiet tal-esportazzjoni, kif ukoll dawk rikjesti minn esportatur sabiex jikseb l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq jew it-trattament individwali (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 11(8) u Nru 1225/2009, Artikolu 11(8)) (ara l-punti 45, 47, 49, 50, 56‑58)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Element li għandu jiġi kkunsidrat bi prijorità – Prezz applikat matul tranżazzjonijiet kummerċjali normali – Spejjeż tal-produzzjoni li waħedhom ma humiex determinanti għall-kalkolu tal-valur normali (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(1), u Nru 1225/2009, Artikolu 2(1)) (ara l-punt 54)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 2198 finali tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ April 2010, dwar talbiet għar-rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjoni ta’ bozoz florexxenti elettroniċi kumpatti u integrati li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LIS GmbH Licht Impex Service hija kkundannata għall-ispejjeż.