Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2010 - Land Wien vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/10)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Land Wien (rappreżentant: W.-G. Schärf, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta' Marzu 2010;

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1, peress li ma bagħtitx lir-rikorrent d-dokumenti kollha dwar il-kostruzzjoni tal-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta' Mochovce li ntalbu minnu, u, għalhekk, naqset milli taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE, u konsegwentement kisret il-paragrafu 3 tar-Regolament Nru 1049/2001;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mil-Land Wien fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li permezz tagħha ġiet imwaqqfa l-proċedura relatata mal-ilment tiegħu kontra t-tlestija tal-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta' Mochovce fis-Slovakkja. Barra minn hekk, ir-rikorrent jikkontesta l-fatt li l-Kummissjoni ma bagħtitx id-dokumenti kollha li huwa talab relatati mal-kostruzzjoni tal-unitajiet 3 u 4 tal-impjant nukleari ta' Mochovce u, b'dan il-mod, hija naqset milli tieħu azzjoni fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-fatt li l-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Marzu 2010, kisret id-Direttiva 2003/35/KE 2 u d-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fir-rigward tat-talba tiegħu għal informazzjoni, ir-rikorrent jiddikjara li t-trattament mhux xieraq li ngħatalu jikser l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, hemm ukoll ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001.

Ir-rikorrent isostni wkoll li peress li naqset milli tieħu azzjoni fir-rigward tal-ilment u tat-talba għal informazzjoni, il-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha li tieħu azzjoni pprovduti fit-Trtttat KEFA u kif stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Ottubru 2009, Kawża C-115/08, ČEZ (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

2 - Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466).