Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2013 – ETF vs Schuerings

(Kawża T-107/11 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien mhux determinat – Deċiżjoni ta’ rexissjoni – Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Artikolu 2 u 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Dmir ta’ premura – Kunċett ta’ interess tas-servizz – Projbizzjoni li tingħata deċiżjoni ultra petita – Drittjiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellata: Gisela Schuerings (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore, sussegwentement T. Jabłoński, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEE) (rappreżentant: O. Cornu, aġent); L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentant: P. Goudou, aġent); L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentant: E. Maurage, aġent); Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentant: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti); Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentant: M. Sprenger, aġent); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentant: M. Heikkilä, aġent); u L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)SuġġettAppell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Schuerings vs ETF (F-87/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.Dispożittiv1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010, Schuerings vs ETF (F‑87/08), hija annullata sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tirrexxindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien mhux determinat ta’ Gisela Schuerings u konsegwentement ċaħdet bħala prematura, it-talba tagħha għal kumpens għad-danni materjali subiti.2)    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.3)    Il-kawża hija rrinvjata

quddiem

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.4)    L-ispejjeż huma rriżervati.