Language of document : ECLI:EU:T:2013:51





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Frar 2013 — Ferrari vs UASI (PERLE’)

(Kawża T‑104/11)

“Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva PERLE’ — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 10-13, 30)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark figurattiva PERLE’ (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 19, 22-27, 33)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Eżistenza ta’ sinonimi sabiex jiġu indikati l-istess karatteristiċi — Assenza ta’ effetti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 31)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark nieqsa minn karattru distintiv f’parti tal-Unjoni — Kisba ta’ karattru distintiv f’din l-istess parti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 36-38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1249/2010-2) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għat-trade mark figurattiva PERLE’.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ferrari F.lli Lunelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.