Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-88/08, Vandeuren vs ETF

(Kawża T-108/11 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta' Diċembru 2010 fil-kawża F-88/08;

konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza u għalhekk,

tikkundanna lill-appellata fl-appell tbati l-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji u l-argumenti prinċipali mressqa mill-appellanti huma identiċi għal dawk imressqa fil-kuntest tal-kawża T-107/11 P, ETF vs Schuerings.

____________