Language of document :

Appell ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 minn Fondation européenne pour la formation (ETF) mis-sentenza mogħtija fid-9 ta' Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/08, Schuerings vs ETF

(Kawża T-107/11 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Fondation européenne pour la formation (ETF) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Gisela Schuerings (Nice, Franza)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lil Qorti Ġenerali jogħġobha :

-    tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta' Diċembru 2010 fil-Kawża F-87/08 ;

-    konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza u għalhekk,

-    tikkundanna lill-konvenuta fl-appell tħallas l-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, l-appellanti tinvoka erba' motivi

1.    L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta' rikonoxximent mit-TSP tal-kunċetti ta' interess tas-servizz u ta' pożizzjoni vakanti, kif ukoll tal-Artikoli 2 u 47 tar-reġim applikabbli lill-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u tal-obbligu ta' motivazzjoni, billi t-TSP ddeċieda fil-punt 62 tas-sentenza appellata li "qabel ma aġenzija tkeċċi impjegat benefiċjarju ta' kuntratt għal żmien indeterminat minħabba li l-inkarigi, li għalihom kien responsabbli dan l-impjegat, kienu spiċċaw jew ġew riallokati lil entità oħra, l-aġenzija kkonċernata għandha l-obbligu li teżamina jekk il-persuna interessata tistax tiġi assenjata għal pożizzjoni oħra li diġà teżisti jew li ser tkun tinħoloq dalwaqt wara, b'mod parttikolari, li jingħataw kompetenzi ġodda lill-aġenzija kkonċernata".

2.    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' ċertezza legali, billi t-TFP ddeċieda fil-punt 63 tas-sentenza appellata li l-amministrazzjoni għandha, meta teżamina l-possibilitajiet ta' assenjazzjoni mill-ġdid, "twieżen l-interess tas-servizz, li jitlob ir-reklutaġġ tal-persuna l-iktar kapaċi li tiġi assenjata fil-pożizzjoni li diġà teżisti jew li dalwaqt ser tinħoloq flimkien mal-interess tal-impjegat li ser jitkeċċa. Sabiex tagħmel hekk, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni [...] il-kriterji varji li fosthom hemm l-eżigenzi tal-pożizzjoni fir-rigward tal-kwalifiki u tal-potenzjal tal-impjegat [...], kif ukoll tal-età tiegħu, l-anzjanità fis-servizz u n-numru tas-snin li jkun għad fadallu qabel ma wieħed ikun jistà jikkalkola d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni".

3.    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli non ultra vires u non ultra petita kif ukoll tar-regoli proċedurali konnessi mal-prinċipju ta' kontradittorju , sa fejn it-TSP:

-    ibbaża ruħu fuq argument li ma kienx ġie ttrattat bejn il-partijiet,

-    iddeċieda fuq motiv differenti minn dawk invokati minn G.Schuerings u

-    impona fuq l-ETF li tintegra mill-ġdid G. Schuerings filwaqt li din tal-aħħar ma kinitx uriet ix-xewqa tiġi integrata mill-ġdid.

4.    Ir-raba' motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE u fuq l-obbligu ta' motivazzjoni, sa fejn it-TSP ma rrikonoxxiex is-setgħa mogħtija lil ETF fl-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' annullament, kif ukoll il-ġurisprudenza stabbilita fil-qasam tal-impożizzjoni tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-interessat minflok ħlas pekunjarju fil-każ ta' annullament tad-deċiżjoni ta' tkeċċija.

____________