Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2011 - Ferrari vs UASI (PERLE')
(Kawża T-104/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferrari F.lli Lunelli SpA (Trento, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1249/2010-2, datata 8 ta' Diċembru 2010 u nnotifikata fis-17 ta' Diċembru 2010
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark figurattiva internazzjonali (Nru W 10510030) li fiha l-element verbali "PERLE'", għal prodotti fil-klassijiet 3, 25 u 33, li għaliha r-rikorrenti talbet ir-reġistrazzjoni Komunitarja
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.
____________