Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2011 - Shang vs UASI (justing)
(Kawża T-103/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Tiantian Shang (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Salerni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla l-miżura kkontestata
u sabiex tinbidel id-deċiżjoni meħuda mill-UASI, li jiġi rrikonoxxut id-dritt ta' anzjanità tat-trade mark nazzjonali RM 2006C002075 fir-rigward tat-trade mark Komunitarja 008391202 li tikkonsisti f'isem u sinjal, bil-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mir-regolament Komunitarju fil-qasam tat-trade marks Nru 40/94, kif issostitwit bir-Regolament Nru 207/2009
sussidjarjament, fid-dawl tal-koinċidenza fir-rigward tal-element nominattiv li jinsab fiż-żewġ trade marks, nazzjonali u Komunitarja, fejn it-tnejn huma kkaratterizzati mill-kelma "Justing", titlob li jiġi rrikonoxxut id-dritt ta' anzjanità fir-rigward tal-parti nominattiva tat-trade mark, jiġifieri l-isem "Justing", billi jiġu estiżi l-effetti retroattivi tar-reġistrazzjoni Komunitarja, bl-esklużjoni eventwali biss tal-parti grafika illustrattiva li tiċċirkonda l-isem.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-element verbali "Justing" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 391 203), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18 u 25, li fir-rigward tagħha qed issir talba mill-ġdid għal anzjanità ta' trade mark nazzjonali (reġistrazzjoni Taljana Nru 1 217 303), li tinkludi wkoll l-element verbali "JUSTING"
Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-talba għal anzjanità ta' trade mark nazzjonali miċħuda, peress li t-trade mark Taljana u dik Komunitarja ma humiex identiċi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll ksur tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta' disinji.
____________