Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2024 – Barry’s Bootcamp vs EUIPO – Hummel (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ chevrons li jinżlu lejn il-lemin)
(Kawża T-31/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Barry’s Bootcamp Holdings LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde u C. Zimmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hummel Holding A/S (Aarhus, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żewġ chevrons li jinżlu lejn il-lemin – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 881 224 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1424/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, kemm-il darba din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________