Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2023 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1179/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Fodda, B. Travard u S. Royon, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/410/23, Amministraturi fil-qasam tat-trasport;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-555/22, Franza vs Il-Kummissjoni.

____________