Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2024 – Barry’s Bootcamp vs EUIPO – Hummel (Disinn ta’ tmien chevrons suwed li jippontaw ’l isfel)

(Kawża T-32/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Barry’s Bootcamp Holdings LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde, u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hummel Holding A/S (Aarhus, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tmien chevrons suwed li jippontaw ’l isfel – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 943 057 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1421/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, kemm-il darba din tal-aħħar tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________