Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – Khudaverdyan vs Il-Kunsill

(Kawża T-1116/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tigran Khudaverdyan (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, F. Bélot, A. Guillerme u M. Brésart, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara illegali l-kriterju ta’ inklużjoni previst fl-Artikolu 1(1)(e) u fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, u fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 2014/269 kif emendat rispettivament bid-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1089 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn dan jirrigwarda nisa u rġiel tan-negozju influenti li jeżerċitaw attivitajiet fir-Russja jew nisa u rġiel tan-negozju, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li huma attivi f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Crimea u għad-distabilizzazzjoni tal-Ukrajna;

tannulla

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn din iżżomm isem ir-rikorrent fl-anness tagħha filwaqt li temenda r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ ismu u

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn dan iżomm isem ir-rikorrent fl-anness tiegħu filwaqt li jemenda r-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ ismu,

tikkundanna lill-Kunsill iħallas EUR 100 000 b’mod provviżorju għad-dannu mġarrab mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-1105/23, Abramovich vs Il-Kunsill.

____________