Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' April 2008 - Ċipru vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Avviżi ta' għoti ta' kuntratti intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta' Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. van Nuffel u I. Zervas, aġenti)

Suġġett

Talbiet għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni ta' numru ta' avviżi ta' għoti ta' kuntratti adottati mill-Kummissjoni u intiżi li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ekonomiku fil-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru fis-setturi ta' l-enerġija, ta' l-ambjent, ta' l-agrikoltura, tat-telekomunikazzjonijiet, ta' l-edukazzjoni kif ukoll ta' l-immaniġġjar ta' l-uċuh tar-raba u ta' l-irrigazzjoni

Dispożittiv

1)    Il-kawżi T-54/08 R, T-87/08 R, T-88/08 R u T-91/08 R sa T-93/08 R huma magħquda għall-finijiet ta' dan id-digriet.

2)    It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.

3)    L-ispejjeż jibqgħu riżervati.

____________