Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Lulju 2010 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-53/08) 1

"Għajnuna mill-Istat − Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta' utilità pubblika − Estensjoni ta' tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku − Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni − Kunċett ta' vantaġġ − Prinċipju ta' kontradittorju"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Giolito u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal 20 ta' Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 29.03.2008.