Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Settur finanzjarju – Garanzija mill-Istat marbuta ma’ self bankarju – Għajnuna intiża li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru – Artikolu 107(3)(b) TFUE – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà – Konformità mal-avviżi tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna fis-settur finanzjarju fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja – Aspettattiva leġittima – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Banco Privado Português, SA (Lisbona, il-Portugall); u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA (Lisbona) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, F. Pereira Coutinho, M. Esperança Pina, T. Mafalda Santos, R. Leandro Vasconcelos u A. Kéri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u M. Afonso, aġenti)SuġġettAnnullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, ex CP 191/09) implementata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil BPP (ĠU 2011. L 159, p. 95).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Banco Privado Português, SA u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.