Language of document : ECLI:EU:T:2014:497





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Sarc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑488/11)

“Għajnuna mill-Istat – Kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà – Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati – Ammissibbiltà – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Assenza ta’ diffikultajiet serji – Vantaġġ”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors ta’ impriża kompetitriċi li jikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni – Impriża li ma tiġġustifikax impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq – Inammissibbiltà (Artikoli 108(2) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 31-37, 43-58)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors tal-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE – Identifikazzjoni tas-suġġett tar-rikors – Rikors intiż li jipproteġi d-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Motivi li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni – Ammissibbiltà (Artikolu 108(2) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ); Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 1(h) u 4(2)) (ara l-punti 38, 63-65, 73)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 70)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Proċedura kontradittorja – Drittijiet għall-parteċipazzjoni u għall-informazzjoni tal-persuni kkonċernati – Natura limitata (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 79-84)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 90-93)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 642 finali, tal-10 ta’ Mejju 2011, mogħtija fil-proċeduri dwar għajnuna mill-Istat NN 68/2010 ‑ Il-Pajjiżi l-Baxxi, li tiddikjara, fi tmiem il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni, li l-kuntratt ta’ liċenzja rigward l-użu tal-kodiċi sors ta’ softwer li ġie konkluż bejn it-Technische Universiteit Delft u Delftship BV, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scheepsbouwkundig Adies- en Rekencentrum (Sarc) BV hija kkundanata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mit-Technische Universiteit Delft.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.