Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Akzo Nobel u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/11) 1

(“Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabblizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ksur imwettaq minn sussidjarja komuni — Multi — Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja u tal-kumpanniji parent — Preskrizzjoni deċennali għal waħda mill-kumpanniji parent — Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid — Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal waħda mill-kumpanniji parent — Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas lis-sussidjarja u lill-kumpannija parent l-oħra — Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Akcros Chemicals Ltd (Warwickshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn din hija indirizzata lil Akzo Nobel u lil Akcros Chemicals, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.DispożittivId-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hij

a kkunda

nnata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 331, 12.11.2011.