Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-110/10)
“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratt El Hierro — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta’ somom antiċipati — Kontrotalba tal-Kummissjoni”
1. Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt suġġett għad-dritt nazzjonali — Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-ġurisdizzjoni — Esklużjoni (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punt 30)
2. Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt li jipprevedi għajnuna finanzjarja Komunitarja għal azzjoni ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Talba għar-rimbors ta’ ċerti spejjeż — Kontrotalba li tinkludi interessi moratorji — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt — Dritt tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-antiċipu, miżjud bl-interessi moratorji skont ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 86(2)) (ara l-punti 29, 44, 66)
Suġġett
| Talba, imressqa fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża, min-naħa, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tas-somma ta’ EUR 84 120 tiġi ddikjarata infondata u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” għall-ammont ta’ EUR 84 120. |
Dispożittiv
2) | | Il-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 84 120, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali. |
3) | | Il-kumplament tal-kontrotalba tal-Kummissjoni huwa miċħud. |
4) | | Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |