Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il‑Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑114/10)
“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Interreg II/C ‘Għargħar Renu-Meuse’– Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Rikors manifestament fondat”
1. Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju
(Artikolu 263 TFUE)
(ara l-punti 67, 68)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat
(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))
(ara l-punti 75, 78)
Suġġett
| Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712 tat‑23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742 tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008). |
Dispożittiv
1) | | Id‑Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712 tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Renu-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008) hija annullata, sa fejn tikkonċerna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
2) | | Il‑Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
3) | | Ir‑Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |